Bir-Ritratti: L-Isbaħ Tpenġijiet Ta’ Teżori Nazzjonali!

X’jiġi f’moħħok meta nsemmu simboli nazzjonali? Forsi xi wħud mal-ewwel jaqbżu għall-pastizzi, però meta veru taħseb fuqha, il-wirt storiku ta’ Malta huwa vast immens, u huwa parti ewlieni mill-identità li ħloqna. Saħansitra tant jintgħoġbu dawn, li bosta jfettlilhom iġibu wieħed minn dawn is-simboli bħala tpenġija fuq ġisimhom! Aħna ħloqna lista ċkejkna ta’ wħud mill-isbaħ tpenġijiet ta’ dawn il-ġawhar nazzjonali – liema jogħġbukom l-aktar?

Il-Mara L-Ħoxna

View this post on Instagram

A post shared by Rebecca Bonaci (@rbonaci) on Mar 16, 2019 at 10:14am PDT

Forsi mhux l-aktar waħda komuni li ssib, imma dan kollu bir-raġun għaliex Rebecca Bonaci hija artista li dejjem tieħu pass ‘il quddiem. Din żgur waħda mill-isbaħ li qatt rajna!

Il-Luzzu (U Widnet Il-Baħar)

Qatt deher daqshekk intimidanti l-luzzu? Din it-tpenġija ta’ Sarah Mifsud tagħti ħarsa ġdida lid-dgħajsa tradizzjonali, jheddek qisu xi ġifen tal-furbani! Barra minn hekk insibu wkoll tpenġija mill-isbaħ tal-fjura nazzjonali, Widnet il-Baħar.

L-Arkitettura Tal-Imdina

View this post on Instagram

A post shared by Mactattooer (@mactattooer) on Jun 11, 2019 at 11:48am PDT

Kultant aktar ma tkun sempliċi, aktar tispikka. L-Imdina magħrufa għall-visti bellezza, u din it-tpenġija tal-artist Skoċċiż Mactattoer xejn inqass minn hekk!

Is-Salib Malti

Mingħajr l-ebda dubju, dan is-simbolu tant magħruf żgur huwa l-aktar wieħed komuni li sibna. Għaldaqstant, din it-tpenġija ta’ Emerson Vella tmur lil hinn minn biss hekk, u tgħaqqad ukoll stampa ta’ luzzu Malti ġo fiha!

Facebook / Sarah Mifsud Skinlabel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI