Bħalma forsi smajt, it-tenur Taljan Andrea Bocelli bħalissa qiegħed Malta. Filwaqt li lbieraħ intlemaħ fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, illum intlemaħ ħdejn il-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq! Bocellli, li ilu għami mill-età ta’ 12-il sena, huwa wieħed mill-ikbar ismijiet fl-opra.
Din mhix l-ewwel darba li l-kantant tal-opra leġġendarju ġie f’pajjiżna – hu daqq hawn lura fl-2006 u rritorna jkanta mat-tenur Joseph Calleja fil-kunċerti tiegħu tal-Granaries fl-2017 u l-2019.
Hu kiseb il-fama dinjija fl-1996 meta, flimkien ma’ Sarah Brightman, kantaw Con Te Partirò, li qasmet kull rekord ta’ klassifikazzjoni mużikali mad-dinja kollha.
Facebook/Andrea Bocelli/Department of Information (Malta)