Illum jagħlaq sninu Charles Ahar, li huwa magħruf bħala camera man li matul is-snin ifforma parti mill-kru ta’ bosta avvenimenti lokali fosthom X Factor Malta, Mużika Mużika u l-Malta Eurovision.
Fost il-messaġġi t’awgurju f’għeluq sninu kien hemm dak ta’ martu Elaine.
“Happy Birthday lir-raġel tiegħi li jagħti tant imħabba… Ma nafx hena mingħajrek… bit-tlugħ u l-inżul kollu qed niċċelebraw għeluq sninek ieħor flimkien. Ħabbejtek ilbieraħ, illum u għada,” kitbet Elaine. Qasmet anke ritratt tagħhom flimkien għall-okkażjoni.
Facebook/ Charles Ahar