Il-Bank of Valletta nieda inizjattiva ġdida bl-isem ta’ SpotTheScam.mt, għodda online maħsuba biex tgħin lill-pubbliku jagħraf scams u jipproteġi ruħu minn frodi finanzjarja li qed issir dejjem aktar sofistikata.
Permezz ta’ din l-għodda ta’ assessjar personalizzat, li hija kompletament bla ħlas, il-pubbliku jista’ jitgħallem jagħraf sinjali komuni ta’ scams online, emails suspettużi u tentattivi ta’ frodi li ħafna drabi jkunu bbażati fuq urġenza, biża’ jew impersonifikazzjoni. L-għodda tista’ tiġi aċċessata minn SpotTheScam.mt u tieħu biss ftit minuti biex titlesta.
Hekk kif il-każijiet ta’ scams qed ikomplu jiżdiedu, il-BOV qed ikompli jinvesti f’kampanji edukattivi biex jgħin lill-pubbliku jkun aktar konxju tal-perikli online. Fost il-pariri ewlenin hemm li wieħed dejjem jieqaf, jaħseb u jivverifika qabel jikklikkja fuq links jew jagħti informazzjoni personali bħal passwords jew one-time codes.
Biex ikompli jqajjem aktar għarfien dwar dan is-suġġett, il-BOV nieda wkoll giveaway speċjali fejn persuna fortunata tista’ tirbaħ ASUS TUF Gaming A16 laptop.
Kemm int konxju tal-iscams? Segwi dawn il-passi biċ-ċans li tirbaħ ASUS TUF Gaming A16 laptop:
• Agħfas follow fuq il-paġna tal-BOV
• Agħmel like fuq il-post tal-giveaway
• Itteggja lil xi ħadd fil-kummenti
• Imla l-quiz u skopri l-iskor tiegħek minn hawnhekk: Imla l-Quiz Spot The Scam
Japplikaw termini u kundizzjonijiet. F’kumment dwar dawn l-inizjattivi, Ryan Caruana, Group Chief AFC Officer u MLRO fil-BOV, spjega kif il-prevenzjoni tal-frodi mhix biss dwar teknoloġija avvanzata, iżda wkoll dwar id-deċiżjonijiet li nieħdu ta’ kuljum. Huwa sostna li meta xi ħaġa tidher suspettuża, il-pubbliku għandu dejjem jieqaf u jivverifika permezz ta’ channels ta’ fiduċja.
Dawn l-inizjattivi huma wkoll parti mill-impenn tal-BOV favur il-benesseri finanzjarju u l-protezzjoni tal-komunità, speċjalment dawk aktar vulnerabbli għall-frodi online.
Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).