Tama u ferħ qed jinħassu fil-Knisja f’Malta hekk kif tliet saċerdoti ġodda qed iħejju ruħhom biex jingħaqdu uffiċjalment mal-ministeru saċerdotali nhar is-Sibt 16 ta’ Mejju 2026.
Dawn huma Rev. David Pace mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, Rev. Ryan Dalli mal-Aħwa Minuri Kapuċċini u Rev. Jerome Savioraj Barnabas mal-Istitut għall-Evanġelizzazzjoni tad-Dinja (ICPE).
“Din il-ġimgħa hija waħda ta’ tama u ferħ kbir hekk kif il-Knisja f’Malta tilqa’ fi ħdanha 3 saċerdoti ġodda nhar is-Sibt 16 ta’ Mejju, 2026… Inżommu lil dawn ħutna fit-talb tagħna biex jibqgħu jikbru fiż-żelu u l-għatx tagħhom għall-Mulej f’din l-avventura l-ġdida.”
Nawgurawlhom!