"Bjorn Għandu Qalbu Kbira U B'Kuraġġ Ta' Sur" – L-Aħwa Preca Jniedu L-Aqwa Rigal Għall-Milied

"Kważi wasalna" qal ilbieraħ Bjorn fuq il-proġett il-ġdid. Bħalissa Bjorn qed jaħdem sabiex ilesti t-tieni u l-akbar dar għal-persuni li jsoffru l-kundizzjoni tal-ALS u kundizzjonijet oħra.

Baqa' li jiġbor l-aħħar ftit biex jgħaqqad iċ-ċifra ta' €5.2miljun. L-Aħwa Preca magħrufin għall-kapaċitajiet tagħhom fit-tisjir, iddeċidew li jgħinu lil Bjorn billi fl-aħħar jiktbu l-ktieb tar-riċetti tagħhom, "it's About time".



Ramona, waħda mill-aħwa qalet li saret taf lil Bjorn minn fuq it-television, "... Li nista' ngħid fuq Bjorn hu li għandu qalbu kbira u b'kuraġġ ta' sur. L-aħħar xewqa tiegħu hi li jibni t-tieni dar għall-persuni bħalu li għandhom l-ALS. Onorati li qed ngħinuh f'din l-avventura". 

Bjorn flimkien mal-aħwa jinsabu f'The Point fejn qed ibiegħu dan il-ktieb jew inkella tista' tixtri minn fuq; bit.ly/abouttimedarbjorn jew iċċempel 79209420. Dan il-Milied tista' tixtri l-aqwa rigal billi tgħin lil Bjorn u ssajjar riċetti ta' veru!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI