Sqaq Żgħir Jinbidel F’Atmosfera Tal-Halloween – Ħaż-Żabbar Jikseb Rekord Ġdid

Fost id-djar u t-toroq Maltin, hemm min jagħżel li jżid ftit maġija u kreattività biex jagħti ħajja lil postu. Din id-darba, żewġ residenti minn Ħaż-Żabbar irnexxielhom jagħmlu dan b’mod tassew speċjali!

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu kif ilbieraħ kienu mistiedna fl-inħawi tal-Biċċieni, f’Ħaż-Żabbar, sabiex jippreżentaw rekord nazzjonali ġdid: l-akbar ammont ta’ dekorazzjonijiet tal-Halloween fi sqaq karatteristiku Malti.

Dan ir-rekord inkiseb minn Avy Taliana u Jean Pierre Fava, li rnexxielhom iżejnu Sqaq Numru 6 b’total ta’ 281 dekorazzjoni! L-isqaq, li huwa twil 9.60 metri u wiesa’ 2.10 metri biss, inbidel f’post mimli kuluri, dettalji u atmosfera ta’ Halloween.

The Malta Records irringrazzjaw lil Avy, Jean Pierre u lill-ġirien kollha li taw sehemhom biex din l-inizjattiva setgħet issir realtà.

Ritratt:

Facebook/The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI