Tiċċelebra Għeluq Sninha Llum Il-Preżentatriċi Bravissima Antonella Vassallo

Bosta dalgħodu qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-preżentatriċi bravissima Antonella Vassallo li għal dawn l-aħħar snin is-segwaċi tat-televixin rawha tippreżenta kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-sigħat ta' wara nofsinhar il-programm 'Għaddi s'Hawn' fejn hi tilqa' diversi mistiedna minn sfondi differenti tas-soċjetà.

Fil-passat Antonella kellha wkoll l-irwol ta' attriċi fejn sal-lum il-ġurnata għadha magħrufa għas-sehem tagħha fis-sensiliet Maltin 'Anġli' kif ukoll 'Ħbieb u Għedewwa'.

Fl-2003, meta pajjiżna għall-ewwel darba fl-istorja ħa sehem fil-Junior Eurovision Song Contest, Antonella kienet il-produttriċi ewlenija li ħadet ħsieb ittella' dan il-kunċert fuq skala lokali sabiex seta' jintagħżel l-ewwel rappreżentant Malti fl-istorja għal dan l-ispettaklu tant kbir.

Fis-snin riċenti Antonella ippreżentat numru ta' programmi oħrajn fosthom 'Illejla Llejla'.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Antonella f'għeluq sninha.

Ritratt:

Facebook / Antonella Vassallo u Għaddi s’Hawn

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI