Hemm mumenti fil-ħajja fejn mhux meħtieġ ħafna kliem biex wieħed jesprimi dak li verament iħoss. Kultant, messaġġ qasir ikun biżżejjed biex iwassal sentimenti kbar, speċjalment meta jkun indirizzat lil persuna tant għażiża.
F’jum speċjali għal ommu, il-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, għażel li jaqsam messaġġ qasir iżda mimli tifsira fuq il-midja soċjali. “Awguri Ma” kienu l-kliem sempliċi li bihom wassal l-awgurju tiegħu lil ommu f’jum għeluq sninha.
Żewġ kelmiet li, minkejja s-sempliċità tagħhom, ifakkruna kemm ir-rabta bejn omm u binha hija waħda speċjali. Omm tibqa’ persuna unika fil-ħajja ta’ wliedha, u dik l-imħabba hi eterna u ma ssib imkien bħalha.
It-Tim ta' Gwida.mt jawgura l-isbaħ xewqat lil ommu, filwaqt li jixtieqilha sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza!
Facebook/Silvio Schembri