“Bnejtu Ħajja Sabiħa Flimkien U Dejjem Kontu Hemm Għal Familja Tagħna B’Qalb Miftuħa.” – Kristy Spiteri Lin-Nanniet Għeżież Tagħha!

In-nanniet tal-kantanta lokali Kristy Spiteri, fi tmiem ix-xahar li għadda, għalqu 50 sena flimkien. 50 sena miżżewġin. Hi taqsam xi ritratti magħhom sabiex tawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan l-anniversarju speċjali.





Hi tikteb, “Huwa tassew speċjali li naraw kemm hawn mħabba, għożża, u rispett bejnietkom wara dawn is-snin kollha. Bnejtu ħajja sabiħa flimkien u dejjem kontu hemm għal familja tagħna b’qalb miftuħa.”

Kristy tkompli, “Grazzi talli għallim­tuna t-tifsira vera tal-imħabba, il-paċenzja, u l-għaqda. Aħna verament xxurtjati li għandna lilkom f’ħajjitna. Nawguralkom ħafna iktar snin ta’ ferħ u saħħa!”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat. Nawgurawlhom aktar snin ta’ mħabba, paċi u għożża!

Facebook / Kristy Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI