Miriam Borg Debrincat kitbet messaġġ fejn tiċċelebra għeluq sninha b’mod li jgħaqqad il-ħajja tagħha mal-missjoni li ilha tmexxi għal snin — dik tal-ħarsien tal-qtates abbandunati, permezz tal-organizzazzjoni Kitty Guardians For Strays.
Din l-għaqda, li taħdem biex issalva, tittratta u tieħu ħsieb qtates abbandunati f’Malta, ilha attiva għal diversi snin u hija magħrufa għall-ħidma kontinwa tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali.
Fil-fatt, il-messaġġ tagħha jfakkar li għeluq sninha jaħbat ukoll mas-sitt anniversarju ta’ din il-missjoni li bidlet il-ħajja ta’ ħafna annimali.
“Sitt snin ta’ salvataġġ, tama, u t-tieni ċans. Mhux dejjem kien faċli… L-akbar xewqa tiegħi lanqas biss hija għalija nnifsi… hija għal dinja fejn l-ebda annimal ma jkun jaf x’inhuma l-uġigħ jew il-krudeltà, iżda jsib biss qalb tajba.” – kliem li juri kemm il-passjoni tagħha lejn l-annimali hija profonda u konsistenti.
Hija tagħlaq 37 sena, u dan il-mument iservi wkoll bħala spazju ta’ riflessjoni personali. Awguri mill-qalb Miriam u Prosit kbira tal-ħidma prezzjuża tiegħek!
L-appoġġ u l-għajnuna għal Kitty Guardians For Strays jibqgħu dejjem importantissimi – jekk jogħġbok idħol HAWN biex tagħti donazzjoni.
Facebook/ Miriam Borg Debrincat