“Forsi Ma Tirrealizzax Kemm Int Idolu Għal Lenny, Kemm Tagħmillu Kuraġġ F’Kollox” – Danita Lil Żewġha F’Għeluq Sninu

Danita One Chick and a Yorkie

F’jum speċjali li jimmarka għeluq is-37 sena tiegħu, Danita għażlet li tesprimi messaġġ mimli mħabba lejn żewġha, kliem li juri rispett u gratitudni.

“Forsi ma tirrealizzax kemm int idolu għal Lenny, kemm tagħmillu kuraġġ f’kollox, kemm jarak dixxiplinat f’kollox, puntwali u dejjem tara li kolloxin order. Tgħallmu ħafna affarijiet li għalik ma huma xejn imma għalih huma ħafna u l-aktar speċjali. Grazzi ta’ kemm tieħu ħsiebna meta nkunu barra minn Malta għax hawn tista’ taqa’ d-dinja.”

Parti importanti mill-messaġġ tagħha ddur fuq l-irwol tiegħu bħala missier. Hija tispjega kemm hu persuna ta’ ispirazzjoni għal binhom Lenny, li jarah bħala idolu.

Danita tirringrazzjah tal-appoġġ kontinwu tiegħu, speċjalment meta jkunu barra minn Malta, fejn tgħid li tista’ “taqa’ d-dinja” mingħajru.

Tirrikonoxxi wkoll kemm hu involut fid-dar u kemm jagħmel sforz biex ir-relazzjoni tagħhom tibqa’ soda, billi dejjem ikun lest jisma’, jitkellem u jsib ħin għall-familja minkejja l-impenji tax-xogħol.

“Grazzi talli tagħti sehem fid-dar, Grazzi ta’ kemm dejjem tisma’ u titkellem biex ir-relazzjoni tagħna tibqa’ għaddejja u Grazzi talli ssib ħin għalina dejjem akkost tax-xogħol kollu li tagħmel. Inħobbuk… għal dejjem.”

Awguri mill-qalb.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI