Bonnie Tyler F’Koma Preventiva Wara Kumplikazzjonijiet Minn Operazzjoni Urġenti

Tħassib kbir għall-kantanta popolari minn Wales Bonnie Tyler wara li ġie irrappurtat li tpoġġiet f’koma preventiva wara kumplikazzjonijiet relatati ma’ operazzjoni urġenti fl-imsaren.

Tyler, li għandha 74 sena u li kienet mistennija tkun il-protagonista ewlenija tal-kunċert SummerLust f’Ħal Għaxaq, iddaħħlet b’urġenza fi sptar f’Faro, il-Portugal, nhar l-Erbgħa fejn sarilha intervent mediku.

Skont rapporti, fil-bidu deher li l-operazzjoni kienet suċċess u li kollox kien miexi tajjeb, iżda ftit sigħat wara allegatament inqalgħu xi kumplikazzjonijiet mediċi li wasslu biex it-tobba jieħdu d-deċiżjoni li jqiegħduha f’koma preventiva sabiex jgħinu lill-ġisem tagħha jirkupra aħjar.

L-aħbar ħasdet lill-partitarji tagħha madwar id-dinja, speċjalment lil dawk Maltin li kienu qed jistennew bil-ħerqa l-prestazzjoni tagħha waqt SummerLust f’Ħal Għaxaq!







Ritratti:

Facebook / Bonnie Tyler

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI