Il-Ministru Miriam Dalli qasmet mument tassew ħelu u sinċier mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali hekk kif awgurat lil binha l-għażiż, Kane, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu.
Permezz ta’ filmat qasir, Miriam Dalli uriet kemm dan il-jum huwa wieħed speċjali għaliha bħala omm. Minkejja l-impenji numerużi u r-responsabbiltajiet tagħha, hija żvelat li llum se tkun qed tieħu ħin apposta sabiex tiġbru mill-iskola u tqatta’ ftit ħin ta’ kwalità miegħu biex flimkien jiċċelebraw dan il-mument importanti.
Fil-messaġġ tagħha, Miriam Dalli stqarret li wieħed jagħlaq 10 snin darba biss, u għalhekk dan il-jum jistħoqqlu jiġi ċċelebrat kif jixraq. Kliem li żgur mess il-qalb ta’ ħafna ġenituri li jifhmu kemm dawn il-mumenti jgħaddu malajr u kemm huma prezzjużi.
Is-segwaċi tagħha ma damux ma bagħtulhom għadd kbir ta’ kummenti sbieħ u messaġġi ta’ awguri lil Kane, b’ħafna jawgurawlu jum mimli ferħ, daħk u mħabba mal-familja tiegħu.
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, nawguraw lil Kane l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Nittamaw li jkollu għeluq snin mill-aqwa, mimli sorpriżi sbieħ, tbissim u dak kollu li tixtieq qalbu. Awguri mill-qalb!
Facebook / Miriam Dalli