Mument emozzjonanti għal Gloriana Arpa Belli hekk kif fakkret lil ommha, Helen Micallef, f’dik li kienet tkun il-ġurnata ta’ għeluq sninha.
Permezz ta’ messaġġ mimli mħabba fuq il-midja soċjali, Gloriana kitbet, “Awguri fis-sema reġina tiegħi. Inħoss in-nuqqas tiegħek kull mument ta’ kull jum… Inħobbok bla limitu”
Il-kliem tagħha mess il-qlub ta’ ħafna segwaċi, li ngħaqdu magħha biex jiftakru f’Helen u bagħtu messaġġi ta’ sostenn u kuraġġ f’dan il-jum mimli emozzjoni.
Minkejja n-nuqqas kbir, jidher ċar li r-rabta bejn omm u bint tibqa’ tgħix għal dejjem fil-memorji u fl-imħabba li qatt ma tintemm.
F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja għażiża ta’ Helen Micallef f’dan il-jum. Żgur li tinsab tħares lit-tfal tagħhom u n-neputijiet minn fejn tinsab!
Facebook / Gloriana Arpa Belli