Bosta Jawguraw Lill-Bravissima Eileen Montesin F'Jum Għeluq Sninha!

Illum tiċċelebra għeluq sninha Eileen Montesin. Lil Eileen rajnieha f'diversi rwoli fuq il-mezzi tax-xandir, minn preżentattriċi, produttriċi, attriċi, kittieba tad-drama eċċ. Lista li ma tispiċċa qatt, imma dak li tidħol għalih dejjem tagħmlu mill-qalb u kif suppost.

Ma nistgħux ma nsemmux uħud mill-aqwa produzzjonijiet li ħadmet fuqhom Eileen fosthom, Sossy, Undercover, Dejjem Tiegħek Becky, KC u Deja Vu. Diversi atturi lokali, li anke ħadmu magħha, jawgurawlha f'dan il-jum. 

Preżentat diversi programmi li ħallew impatt fosthom Mhux Biċ-Ċajt lura fl-2006, u Don't Stop Me Now, li minnu ħarġu tant kantanti b'talent impressjonanti. Ġiet magħżula biex tippreżenta anke festivals lokali bħall-Malta Song For Europe u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza.

L-aktar programm riċenti fejn smajnieha, u eventwalment rajnieha fih, kien Come Dine With Me Malta. Hi kienet il-vuċi waqt l-episodji ta' kull parteċipant. It-tim awguralha wkoll.

"Nawguraw ħafna mħabba lil Eileen Montesin, il-vuċi ta’ Come Dine With Me! 🍽️✨ Ma nistgħux nistennew biex nerġgħu nisimgħu l-kummenti tiegħek fil-programm…"

Għal snin sħaħ lil Eileen rajnieha bil-programm Family Affair, li kif jixhed l-isem, hi tingħaqad mal-familja kollha tagħha biex twassal programm divertenti lit-telespettaturi li jsegwuha. Minnu ħarġet anke s-sensiela Ara Doris!

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil Eileen l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. Nittamaw li jkollha ġurnata mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha u sena mimlija b'ħafna saħħa, ferħ u paċi.

Facebook/ Eileen Montesin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI