Bosta Maħsuda Bil-Mewt Tal-Pumpier Ta' 34 Sena, Manuel Curmi

Matul l-aħħar siegħa tħabbar li Manuel Curmi, raġel ta’ 34 sena, li kien qed jgħum lejn l-inħawi ta’ Ras ir-Reqqa, tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà. Dan seħħ fil-limiti taż-Żebbuġ, ġewwa Għawdex.

Wara li tħabbret din il-mewt traġika fuq il-midja, bosta sellmu l-memorja tiegħu.

Manuel kien pumpier fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Fuq il-paġna uffiċjali ittellgħet l-emblema tad-Dipartiment bil-kulur iswed, bħala sinjal ta’ diqa. 

Strieħ fis-sliem Manuel. Kondoljanzi minn qalbna lill-familjari,qraba u ħbieb.





Facebook/ Manuel Curmi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI