Il-kantant lokali Ivan Grech, li kiseb tant u tant suċċessi grazzi għal band Winter Moods, illum jiċċelebra għeluq sninu. Kienu bosta li awgurawlu b’messaġġi mill-isbaħ.
Indubjament Ivan jibqa’ mfakkar għal diversi kanzunetti li baqgħu speċjali għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Ivan dejjem nafuh jagħti sostenn lill-artisti lokali, speċjalment wara l-irwol tiegħu ta’ membru tal-ġurija fit-tielet staġun ta’ X Factor Malta.
Apparti l-ġmiel ta’ mużika li dejjem tana, Ivan issibu minn ta’ quddiem biex jgħin lil ħaddieħor. Hu jibqa’ magħruf għal tant ġabriet li jagħmel propju f’għeluq sninu biex jgħin komunitajiet bħal Puttinu Cares.
Ftit ilu Ivan kien anke parti mill-avveniment Paw Walk b’tifkira tal-mibki Jake Vella, li dejjem jiddeskrivih bi kliem ta’ tifħir. Waqt li appoġġja dan l-avveniment, hu kien preżenti u kanta wkoll.
Awguri mill-qalb, Ivan! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ u dak kollu li tixtieq qalbek illum u dejjem!