Bosta Qed Jawguraw L-Isbaħ Xewqat Illum Lill-Attur Martin Giordano

Wiċċ popolari l-iżjed fost is-segwaċi tal-komiċità Maltija. Mill-produzzjonijiet li ħa sehem fihom hu jibqa' l-iktar magħruf għas-sehem tiegħu fis-sensiela 'Bawxati' u iżjed riċentament is-sensiela 'It's Morris'.

L-attur lokali Martin Giordano proprju llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Fost bosta li awgurawlu l-isbaħ xewqat, il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġiljan li tagħha hu voluntier xtaqitlu jum mill-isbaħ.

Martin kien ukoll ħa sehem fit-tieni staġun tas-sensiela komika 'One Star Hotel'.

Awguri, Martin.

Ritratt:

Facebook / Martin Giordano

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI