“B’Qalb Maqsuma Nħabbru L-Mewt Tal-Eks Assistent Kummissarju Alfred Abela” – Malta Police Union

L-Unjoni tal-Pulizija ta’ Malta ħabbret il-mewt tal-eks Assistent Kummissarju Alfred Abela. Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom kitbu messaġġ biex isellmu l-memorja tiegħu u jagħtu l-kondoljanzi tagħhom.

Huma kitbu, “B’qalb maqsuma nħabbru l-mewt tal-eks Assistent Kummissarju Alfred Abela. Nagħtu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-familja u ħbieb tiegħu waqt dan iż-żmien tant diffiċli. It-telfa tiegħu se tinħass b’mod profond minn dawk kollha li kienu jafuh. Jistrieħ fil-paċi.”



Din il-kitba rċeviet diversi kummenti mingħand nies li kienu jafuh. Huma kkummentaw li kien raġel minn tagħna u ta’ qalb kbira, u għalhekk it-telfa tiegħu se jħossuha ħafna.



Aħna f’isem Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tiegħu, u nżommuh fit-talb tagħna. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem.



Ritratti:

Facebook / Malta Police Union

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI