“Ilu Miftuħ Għal Madwar 37 Sena… Nqered Kompletament F’Nirien” – Avviż Ta’ Dispjaċir Minn Borg Hardware Store Gzira

Borg

It-tim ta' Borg Hardware Store ħabbar li l-ħanut tal-familja tagħhom fil-Gżira nqered kompletament f'nirien, f'inċident li ħalla ħsarat estensivi wara madwar 37 sena ta' servizz lill-komunità.

Fi stqarrija li qasmu fuq il-midja soċjali, spjegaw li l-ħanut, li ilu miftuħ għal madwar 37 sena, spiċċa meqrud kompletament.

Minkejja t-telf kbir, il-familja esprimiet serħan il-moħħ li ħadd ma weġġa' fl-inċident.

"Huwa b'dispjaċir kbir li qed ninfurmawkom li l-ħanut tal-familja 'Borg Hardware Store' nqered kompletament f'nirien. Sfortunatament, ma baqa' xejn u hemm ħsarat kbar," kitbu.

Il-familja rringrazzjat lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD), lid-Dipartiment tal-Emerġenza Medika (MDH) u lill-Pulizija għas-servizz professjonali u l-kuraġġ li wrew waqt l-operazzjoni.

Fl-istess stqarrija, appellaw lill-pubbliku sabiex, jekk ikun possibbli, joffri kull forma ta' għajnuna, kemm jekk finanzjarja, materjali jew permezz ta' servizzi, filwaqt li sostnew li kull ġest, żgħir jew kbir, jagħmel differenza.

Dawk li jixtiequ joffru xi forma ta' għajnuna jew jitolbu aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lill-familja fuq in-numri 9946 5634 jew 7995 5999

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI