Brenton ġie ddikjarat ir-rebbieħ tal-edizzjoni ta’ din il-ġimgħa ta’ Come Dine With Me Malta wara ġimgħa mimlija ikel, divertiment u kompetizzjoni bejn il-parteċipanti.
Matul il-ġimgħa, Mauro, Shania, Brenton, Adam u Antonella fetħu l-bibien ta’ djarhom biex jippreparaw ikla għall-kontestanti l-oħra, li mbagħad ivvutaw fuq l-esperjenza tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, kien Brenton li kiseb l-ogħla ammont ta’ punti, u rnexxielu jirbaħ b’differenza ta’ punt wieħed biss fuq Shania, li spiċċat viċin ħafna tar-rebħa.
Minkejja s-suċċess tiegħu fil-kompetizzjoni, Brenton kien wieħed mill-aktar parteċipanti li qanqal diskussjoni fuq il-midja soċjali. Ħafna telespettaturi nnutaw il-personalità tiegħu li kienet iffukata fuq l-umoriżmu u ċ-ċajt, iżda xi wħud sostnew li f’ċerti mumenti l-attentati tiegħu biex ikun umoristiku bdew jitqiesu bħala tedjanti aktar milli divertenti.
Madankollu, jidher li l-platti u l-esperjenza li offra lill-mistednin kienu biżżejjed biex jikkonvinċu lill-kontestanti l-oħra jagħtuh l-ogħla punteġġ. Filwaqt li kien hemm min qal, li ħaddem moħħu billi jagħti punteġġi baxxi.
Int, taħseb li Brenton kien jistħoqqlu r-rebħa?
Facebook / Come Dine With Me