Ħsibna li qatt m'aħna se naraw din imma Burger King qed tħeġġeġ lill-klijenti jixtru mingħand ir-rivali tagħhom il-McDonald’s. Il-katina tal-fast-food nediet kampanja ta’ reklamar li ħasdet lil diversi nies, billi tħeġġeġ lin-nies jixtru minn ħwienet tal-ikel indipendenti sabiex jgħinu lill-mijiet ta’ impjegati li qed ibatu minħabba l-pandemija preżenti.
"Qatt ma ħsibna li konna nitolbukom tagħmlu dan. Bħalma qatt ma ħsibna li nkunu qed ninkoraġġukom biex tordnaw mingħand KFC, Pizza Hut, Subway, Domino’s," qalu. "Ir-ristoranti jimpjegaw mijiet ta' impjegati u għandhom bżonn l-appoġġ tiegħek bħalissa."
Minħabba r-restrizzjonijiet il-ġodda, snack bars irridu jagħlqu fil-23:00 u dan il-fatt jista' jaffettwa lill-impjegati. Burger King warrbu ir-rivalità tagħhom ma' ħaddieħor li jbigħ fast-food għall-aħjar tal-industrija!
“Jekk trid tibqa' tittratta lilek innifsek għal ikliet fit-togħma... Li jkollok Whopper huwa dejjem l-aħjar, imma li tordna Big Mac ukoll mhix ħaġa ħażina daqshekk," qalet.
Sabiħ li tara kompetitur kbar jinsew id-differenzi ta' bejnietom.
Facebook / Burger King Malta