Il-Kunsilliera Josette Busuttil kitbet messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha bħala appell għall-għajnuna.
Hi spjegat, “Carmel għaddej minn problemi serji ta’ saħħa u għandu bżonn friġġ biex iżomm il-mediċina tiegħu. Sfortunatament, il-friġġ tiegħu waqfet tahdem u bħalissa m’għandux il-mezzi biex jixtri ohra. Jekk xi ħadd għandu friġġ żejjed li jista’ jagħtih, ikun qed jagħmel ġest sabiħ ħafna. Għal min jista’ jgħin, jekk jogħġbok ibgħat WhatsApp jew ċempel fuq 98112532. Ixxerjaw dan il-messaġġ.”
Nirringrazzjawha talli għażlet ixxerred il-kelma ta’ Carmel, biex jekk Alla jrid, ikun jista’ jsib il-friġġ li tant għandu bżonn biex iżomm il-mediċina li ttejjiblu saħħtu.
Facebook / Josette Busuttil