Jeanesse Abela kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament lis-segwaċi tagħha fuq il-mezzi soċjali. Esprimiet kemm tapprezza l-kummenti pożittivi għaliex tħossha li qed tħalli impatt fuq ħaddieħor u tferraħhom.
Hi kitbet, “Kull fejn immur, niltaqa’ ma’ nies li jafuni mill-Facebook u jgħiduli li jsegwuni. Kieku taf kemm jien grata lejkom u napprezza ħafna bil-kummenti li tgħiduli. Inħossni ferħana u tagħtuni sodisdazzjoni kbir f’ħajti li qed jagħmel lilkom ferħanin u tieħdu l-kuraġġ minni. Grazzi mill-qalb.”
Fuq dan il-messaġġ irċeviet diversi kummenti li komplew jaqblu ma’ din il-kitba għaliex spjegaw kemm tferraħhom u tispirahom. Offewlha l-kuraġġ u rringrazzjawha tat-tbissim li tnisslilhom fuq fommhom. Kemm hi xi ħaġa sabiħa li nferrħu u ngħinu lil xulxin!
Facebook / Jeanesse Abela