Chanelle Isir Is-Seba' Residenta Li Tħalli D-Dar Ta' Big Brother Malta – Temmnu Li Kien Wasal Iż-Żmien Li Ttemm L-Avventura Tagħha?

Ilbieraħ ġiet eliminata Chanelle minn ġewwa d-dar ta’ Big Brother Malta! Eliminazzjoni li għalkemm forsi kienet mistennija minħabba l-fatt li l-ġimgħa l-oħra kienet verament viċin li tinqala’, xorta spiċċat waħda min-nominati grazzi għall-poter speċjali li kellu Karl.

Qabel infetħet il-votazzjoni għall-pubbliku, Sean bħala l-Head of House intalab isalva lil xi ħadd miż-żewġ persuni innominati. Sean għażel li jsalva lil Jay u jħalli lil Gabriel għall-vot tal-pubbliku flimkien ma’ Erika li kienet magħżula minn Joslyn fil-bidu tal-ġimgħa.





Karl imbagħad intalab minn Big Brother biex jibgħat xi ħadd miż-żewġ nominati tiegħu dirett għall-vot tal-pubbliku. Hu kien innomina lil Jay u lil Chanelle, u l-għażla tiegħu waqgħet fuq Chanelle.

B’hekk in-nies kellhom jagħżlu li jeliminaw lil xi ħadd minn Chanelle, Erika u Gabriel. Chanelle ġabet 47% tal-vot tal-pubbliku, b’Erika ġġib 32% tal-vot tal-pubbliku u Gabriel ġab 21% tal-voti.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI