“Chris Ħalliena Kmieni Wisq, Fl-Età Ta’ 62 Sena. Il-Mużika U L-Memorji Tiegħu Jibqgħu Ħajjin Fil-Qlub Ta’ Ħafna.” – Calypso Radio Isellmu Lill-Mibki Chis Scicluna

Moira Stafrace u Chris

Illum jaħbat jum twelid il-kantant lokali mibki Chris Scicluna, u l-istazzjon Calypso Radio jsellem il-memorja tiegħu. Bla dubju Chris jibqa' mfakkar għal meta flimkien ma' martu Moira rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision 1994 b'More Than Love.

"Infakkru lil Chris Scicluna f’għeluq sninu. Bħala mużiċist u kantant tal-Eurovision b’talent kbir, Chris ħalliena kmieni wisq fl-età ta’ 62 sena. Il-mużika u l-memorji tiegħu jibqgħu ħajjin fil-qlub ta’ ħafna. Dejjem maħbub u jinħass in-nuqqas tiegħu immensament mill-għażiża martu, Moira."

Chris kien ħalla din id-dinja lura fit-18 ta' Frar 2022, propju fil-ġimgħa tal-Malta Eurovision. Insellmulek Chris. Għal dejjem f'qalbna.

Ritratti:

Facebook/ Moira Stafrace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI