Illum, il-komunità ta’ Lil’ Ville qed tiċċelebra okkażjoni speċjali ħafna – għeluq snin il-fundatriċi tagħha, Christabelle, mara li bil-viżjoni, il-passjoni u d-dedikazzjoni tagħha rnexxielha toħloq spazju li sar bħal tieni dar għal ħafna tfal u l-familji tagħhom. Barra minn hekk, lil Christabelle nafuha bħala r-rappreżentatriċi ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2018!
F’messaġġ mimli mħabba u gratitudni, it-tim ta’ Lil’ Ville sellem lil Christabelle f’dan il-jum importanti, u rrikonoxxa l-impatt pożittiv li ħalliet fuq tant ħajjiet. Huma enfasizzaw kif l-ispirtu u l-enerġija tagħha huma fil-qalba ta’ kollox, minn ambjent sigur u ferrieħi, sal-opportunitajiet li jingħataw lit-tfal biex jikbru, jitgħallmu u jiddi kuljum.
Lil’ Ville illum mhuwiex biss ċentru għat-tfal, iżda komunità li tgħaqqad familji flimkien, fejn kull tifel u tifla jingħataw l-ispazju biex jesprimu ruħhom u jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom. Dan kollu huwa riflessjoni diretta tal-viżjoni ta’ Christabelle, li sa mill-bidu kellha ħolma ċara, li toħloq ambjent li jrawwem il-kreattività, il-kunfidenza u l-ferħ.
Fil-messaġġ tagħhom, it-tim awgura lil Christabelle sena sabiħa mimlija kuntentizza, suċċess u l-istess ferħ li hi tagħti lil ħaddieħor kuljum. Kien mument li jfakkar kemm persuna waħda tista’ tagħmel differenza kbira meta tmexxi b’qalb mimlija mħabba u dedikazzjoni.
Minn qalbna, ningħaqdu wkoll f’dawn l-awguri u nixtiqulilha għeluq snin mill-isbaħ. Nawgurawlha ħafna saħħna, hena u paċi!
Facebook / Christabelle Borg