Liġi Ġdida Tal-UE Li Tagħmilha Obbligatorja Li L-Klieb U L-Qtates Jkunu Ċċippjati U Rreġistrati

Klieb u qtates microchipped

Tħabbar li l-Parlament Ewropew approva liġi ġdida li tobbliga lil dawk li jrabbu l-klieb u l-qtates fi ħdan l-Unjoni Ewropea biex jaraw li l-annimali domestiċi tagħhom ikunu ċċippjati u rreġistrati.

Dan seħħ wara maġġoranza kbira ta’ voti favur din il-liġi. Min jrabbi, ibigħ jew jieħu ħsieb dawn l-annimali għandu erba’ snin biex jadatta, filwaqt li sidien privati jkollhom aktar żmien: 10 snin għall-klieb u 15-il sena għall-qtates.

L-imsemmija regoli japplikaw ukoll għal annimali importati minn barra l-Unjoni Ewropea. Il-liġi tintroduċi wkoll restrizzjonijiet ġodda għal ħarsien tal-annimali aħjar.

Tipprojbixxi t-tgħammir bejn annimali tal-istess familja. Mhux permess li jkun hemm tibdil fid-dehra tal-klieb u l-qtates għal fini ta’ kompetizzjonijiet. Mhux permess ukoll l-użu ta’ choke collars.

Barra minn hekk, l-irbit tal-annimali jkun permess biss għal skopijiet mediċi. Dawn il-miżuri jirriflettuaktar protezzjoni u sigurtà tal-annimali domestiċi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI