Cicco Li Għandu Anqas Minn Sena Qed Ifittex Familja Li Tħobbu U D-Dar Dejjiema Tiegħu!

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Association for Abandoned Animals qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward Cicco, kelb ħelu immens li qed ifittex familja li tħobbu u dar sigura fejn ikun jista’ jgħix ħajtu kuntent.

Huma qalu li dan il-kelb ma jinsabx għall-bejgħ, iżda qed ifittxu dar diċenti fejn fiha jkun jista jgħix hu. Il-fattizzi ta’ wiċċ dan il-kelb huma partikolari immens, u din vera tagħmlu kelb uniku.

Iċċipjat, għandu t-tilqim kollha, u lest biex fl-aħħar isib l-imħabba li tant tixraqlu! Jekk hawn min hu interessat li jibdel il-ħajja ta’ Cicco u jtih dak li jixraqlu, għandhom jikkuntattjaw lil Association for Abandoned Animals permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom.

Dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni lil din l-assoċjazzjoni jistgħu jagħmlu dan permezz ta:

Paypal:

Info@aaamalta.com

Jew

Send an sms on:

50617350 €2.33

50618060 €4.66

50618910 €6.99

50619200 €11.66



BOV Mobile:

79730921

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI