“Claire, Nara S-Saħħa Inkredibbli Tiegħek Kuljum… Jiena Hawn. Miegħek. Dejjem.” – Clive Piscopo Lil Martu Claire F’Għeluq Sninha

Clive Piscopo

L-attur lokali Clive Piscopo qasam messaġġ mill-qalb indirizzat lil martu Claire Piscopo fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha.

Fil-kitba tiegħu, huwa rrikonoxxa li din is-sena mhix waħda faċli, u li l-ġurnata ma ġġibx magħha l-ferħ tas-soltu. Meta tgħaddi minn ċerti mumenti iebsin, kultant jirrikjedi ċerti żmien biex tibda tfieq il-ġerħa.

“Claire, nara s-saħħa inkredibbli tiegħek kuljum… anke meta tħossok fraġli… Nittama li fil-ħin liberu tiegħek, tħalli lilek innifsek tħoss li ħajtek għadha denja li tiġi ċċelebrata.”

Hu jassiguraha li mhix waħedha, u li hu se jibqa’ dejjem maġenbha, flimkien ma’ wliedhom Nora u Mikele, li jkomplu jagħtuha raġuni oħra biex tkompli miexja ’l quddiem.

“Jiena hawn. Miegħek. Dejjem. U Nora u Mikele wkoll… Awguri għal għeluq sninek, għażiża tiegħi. Inħobbok,” ikompli Clive.

Xewqat sbieħ, Claire! Kuraġġ dejjem.







Ritratti:

Facebook/ Clive Piscopo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI