Ħafna drabi nonqsu milli nieqfu, nirriflettu u nintebħu kemm għandna għalxiex inkunu kburin b’dak li għandna, aktar milli ngergru dwar dak li m’għandniex.
Il-kantanta lokali Ira Losco kitbet messaġġ fuq il-midja soċjali fejn tesprimi kemm hi grata li tista’ tgawdi lil uliedha u dwar kemm hi prezzjuża s-saħħa.
“Kemm jien ixxurtjata li inqum b’saħħti kull filgħodu u nlesti lit-tfal għall-iskola u nista’ ngawdihom, waqt li nista’ wkoll nagħmel ix-xogħol kif inħobb daqshekk, u li tant stinkajt għalih snin twal, mingħajr forsi ma fhimtx is-sagrifiċċji dak iż-żmien. Qalbi mimlija ringrazzjament,”
Riflessjoni sabiħa immens. Kemm hu importanti li nkunu konxji ta’ kemm għandna affarijiet sbieħ u prezzjużi f’ħajjitna.