L-eks parteċipanta ta' Big Brother Malta, Claire Agius, magħrufa aħjar bħala Claire's Curves, qed tiċċelebra għeluq sninha f'post tassew speċjali flimkien mal-familja kollha tagħha.
Fuq il-midja soċjali, Claire qasmet messaġġ mimli gratitudni fejn żvelat li, minħabba d-differenza fil-ħin, il-jum speċjali tagħha beda "fuq in-naħa l-oħra tad-dinja". Hija qalet li tinsab tassew kuntenta li qed tqatta' dan il-jum f'dan il-post sabiħ mal-maħbubin tagħha.
Claire rrakkontat ukoll kif din il-vaganza qed tagħtiha l-opportunità tirrifletti fuq il-ħajja, il-vjaġġ li għaddiet minnu u l-barkiet kollha li għandha. Hija rringrazzjat lis-segwaċi tagħha tal-appoġġ kontinwu, u qalet li tqishom bħala familja kbira li dejjem kienet magħha tul il-mixja tagħha.
Fl-istess messaġġ, Claire esprimiet ukoll il-gratitudni tagħha lejn kull min kellu impatt pożittiv fuq ħajjitha, filwaqt li temmet b'nota ferriħija fejn qalet li, minkejja li s-snin qed jgħaddu, se tibqa' dejjem żagħżugħa fil-qalb.
Minn naħa tagħna, nawguraw lil Claire għeluq snin mill-isbaħ, mimli saħħa, ferħ u ħafna mumenti sbieħ mal-familja tagħha.
Instagram / Claire’s Curves