"Kważi sitt snin ilu, qabel l-ewwel seizure ħaditli leħni. Qatt ma bsart li l-vjaġġ tiegħi kien se jsir wieħed ta' reżiljenza, kuraġġ u tama."
B'dan il-messaġġ, naraw riflessjoni personali fuq il-paġna Kate: Writing My Story, fejn fakkret fil-bidu tal-vjaġġ diffiċli li biddel ħajjet Kate.
F'isimha l-messaġġ jistqarr li minkejja li tilfet il-vuċi tagħha wara l-ewwel seizure, Kate qatt ma tilfet min hi. Spjegat li għalkemm ma tistax tesprimi ruħha bil-kliem kif kienet tagħmel qabel, l-identità, il-karattru u d-determinazzjoni tagħha baqgħu sħaħ.
"Kull pass li nagħmel, kull tbissima li naqsam magħkom u kull kisba li nilħaq huma l-mod tiegħi kif nikkomunika mad-dinja." Jenfasizzaw li kull progress li tagħmel huwa xhieda tas-saħħa u l-perseveranza tagħha.
Il-messaġġ tagħha kien ukoll wieħed ta' ringrazzjament lejn dawk kollha li baqgħu jappoġġjawha tul dawn is-snin. "Grazzi talli qed timxu miegħi f'dan il-vjaġġ," temmet tgħid.
Kuraġġ dejjem Kate!
Facebook/ Kate: Writing My Story