Omm Rene, ta’ Puttinu Cares, xeħet messaġġ vera ħelu sabiex jawgura lill-għażiża ommu f’għeluq sninha. Hu jikteb, “Awguri 91 sena, għażiża ommi Giorgina. Flimkien ma’ ħuti, nawguralek ħafna aktar snin ta’ saħħa biex nibqgħu ngawduk aktar.”
Hu jżid, “Int mara ta’ kuraġġ li għext iż-żmien tat-Tieni Gwerra Dinjija u rajt il-faqar, iżda qatt ma ċedejt. Emigrajt lejn l-Awstralja fejn twelidna aħna t-tlieta, u flimkien ma’ missierna għamiltu minn kollox biex rabbejtu lilna tajjeb. Jien l-iżjed wieħed li nixbħek… imma inti l-iżjed waħda rasek iebsa! Berikna. Inħobbuk ħafna, Ma.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nawgurawlha aktar snin ta’ saħħa, hena u kuntentizza.
Facebook / Maria La Barokka Muscat