Solane Magri qasmet mument emozzjonanti ħafna fuq il-midja soċjali hekk kif fakkret lil binha l-għażiż Juan b’post li laqat qalb bosta segwaċi.
Fil-messaġġ tagħha, Solane esprimiet id-dieqa kbira li tħoss kuljum minħabba n-nuqqas ta’ binha, iżda fl-istess ħin wriet kemm l-imħabba tagħha għalih tibqa’ qawwija minkejja kollox. Hija kitbet kliem li jmiss il-qalb, fejn irrakkuntat kif illum l-unika ħaġa li tista’ tagħtih huma fjuri, simbolu sempliċi imma mimli tifsira profonda.
Hi kitbet, “Tinqasam qalbi li l-unika ħaġa li nista’ nixtrilek issa huma fjuri. Nagħti kollox biex inżommok f’idi minflok, ibni ċkejken Juan. Allura nġiblek il-fjuri, inpoġġihom ħdejn ir-ritratt tiegħek, u nħobbok bl-uniku mod li nista’ llum. Nimmissjak kull sekonda. Ħabbejtek aktar ma’ kull sekonda.”
Dan il-messaġġ qanqal reazzjonijiet kbar fost dawk li rawh, b’ħafna jesprimu solidarjetà u appoġġ lejn Solane f’dan iż-żmien diffiċli. Il-kliem tagħha jfakkarna kemm l-imħabba ta’ omm hija eterna, anke meta t-telfa tkun waħda li diffiċli tispjega bil-kliem.
Post bħal dan mhux biss juri l-uġigħ ta’ telfa, iżda wkoll il-qawwa tal-imħabba li tibqa’ tgħix fil-memorji u fil-ġesti żgħar ta’ kuljum bħal fjura mqiegħda b’tant għożża.
Facebook / Solange Magri