Covid-19: Illum B’173 Każ Ġdid – Jiżdied It-Total Ta’ Każijiet Pożittivi

Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 173 każ ġdid.  Il-paġna żvelat ukoll li 135 persuna fieqet mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2133.

It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 8420. Bħal dejjem, il-każijiet li nstabu llum għadhom qed jiġu nvestigati.





Dwar il-każijiet li nstabu lbieraħ hemm:

  • 32 każ  minn membri tal-familja li kienu pożittivi
  • 14-il każ minn fuq ix-xogħol
  • 6  każijiet minn kuntatt dirett ma’ persuni bil-Covid-19
  • u 2 każijiet minn laqgħat soċjali b’każijiet pożittivi

Bħalissa huwa importanti aktar minn qatt qabel li wieħed iżomm mal-miżuri tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI