Josette Busuttil irringrazzjat b’mod ġenwin lis-segwaċi tagħha, għaliex bis-saħħa tagħhom, tifla ċkejkna kellha libsa għall-preċett. Din il-familja tant irċeviet għajnuna li issa għandhom ukoll għamara u ikel, li tassew kellhom bżonn.
Hi spjegat, “llum ma nistax ma nirringrazzjax lil kull min kien hemm. Dak li beda minn xewqa ta’ libsa tal-pracett għal Amy spiċċa f’festin mimli ġenerożità u mħabba għal Hope u ommha Yanika. Illum, grazzi għalikom, għandhom għamara, ikel fuq il-mejda u affarijiet essenzjali tal-bżonn. Qed turu li meta ningħaqdu flimkien nistgħu nagħmlu differenza vera fil-ħajja ta’ xi ħadd.”
Kompliet, “Il-kelma ‘grazzi’ mhix biżżejjed għal dak kollu li qed tagħmlu. Għad hemm bżonn ta’ aktar għajnuna u kull min jixtieq jagħti daqqa t’id jista’ jċempel fuq 98112532. Grazzi mill-qalb lil kull min ta, qasam u baqa’ hemm.”
Facebook / Josette Busuttil