“Jum Għeluq Snini Nzerta Fl-Istess Ġurnata Tat-Tieġ Ta’ Ħija Stephen” – Mark Anthony Bartolo

Illum, il-kantant lokali Mark Anthony Bartolo, qed jiċċelebra għeluq sninu kif ukoll il-ġurnata tat-tieġ ta’ ħuh l-għażiż, fl-istess ġurnata. Hu spjega li għalih, din tagħmel il-ġurnata speċjali tiegħu ħafna iktar speċjali.

Fuq il-paġna tiegħu hu kiteb, “Din is-sena qed nagħlaq 31 sena u ħassejtha ferm iktar speċjali, għax jum għeluq snini nzerta fl-istess ġurnata tat-tieġ ta’ ħija Stephen. Nara lilu u l-Roxy jibdew dan il-kapitlu sabiħ fllimkien kien mod tal-ġenn biex niċċelebra l-ġurnata speċjali tiegħi. Nawguralhom it-tnejn ħajja ta’ mħabba, ferħ, u memorji li jibqgħu mnaqqxa f’qalbhom għal dejjem.”



Żgur li għeluq snin il-31 sena tiegħu se tkun ġurnata li mhu se jinsa qatt! Nawguraw lil Mark Anthony, kif ukoll lil Stephen u lil Roxy, f’din il-ġurnata speċjali!





Ritratti:

Facebook / Mark Anthony Bartolo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI