Fuq il-paġna uffiċjali The Malta Police Force ferħu lill-ispettur Raymond Joseph Azzopardi wara li wettaq b'suċċess LifeCycle Challenge 2026. Vjaġġ li beda mill-Kenja u spiċċa fi Rwanda.
"Prosit lill-kollega tagħna, l-Ispettur tal-Pulizija Raymond Joseph Azzopardi, talli temm b’suċċess il-LifeCycle Challenge 2026. Din l-isfida impenjattiva taċ-ċikliżmu, li damet għaddejja għaxart ijiem, bdiet fil-Kenja, kompliet fl-Uganda u ntemmet fir-Rwanda."
It-tim tal-Pulizija jkompli, "Kisba impressjonanti li rrikediet determinazzjoni, reżistenza u impenn. Kisba mill-aqwa li wieħed għandu jkun kburi biha."
Prosit kbira!