“Dan Għax It-Tfal Jistħoqqilhom Iktar Minn Ħafna Likes U Kummenti Ħelwin….Jistħoqqilhom Protezzjoni F’Dinja Diġitali….” – Dr.Nicholas Briffa

Il-psikologu Dr.Nicholas Briffa jitkellem dwar ir-ritratti u informazzjoni li jtellgħu l-ġenituri dwar uliedhom fuq il-pjattaformi tal-mezzi soċjali tagħhom. Għalkemm ma jgħidx jaqbilx jew le jekk dan għandux iseħħ għax jemmen li din hija għażla personali tal-ġenituri.

Din hija magħrufa bħala sharenting. Filwaqt li dan jgħin biex jiċċelebraw mumenti sbieħ u jsibu appoġġ, hemm riskji serji relatati mal-privatezza u s-sigurtà tat-tfal. Informazzjoni jew ritratti jistgħu jiġu użati ħażin jew jerġgħu jfaċċaw fil-futur u jikkawżaw ħsara. Hu importanti li ġenituri jikkunsidraw min jista’ jara dak li jittella’, jużaw settings ta’ privatezza, u fejn possibbli, jitolbu l-kunsens tat-tfal. Il-protezzjoni tat-tfal trid tiġi qabel il-likes. Il-ġenituri għandhom juru kburija b’responsabbiltà u għaqal, f’dinja diġitali li mhux dejjem hija sigura. 

“Li naqsmu ma’ ħaddieħor dak li qed iseħħ f’ħajjithom hu sabiħ. Madankollu dan qatt m’għandu jsir a skapitu tal-ġid jew id-dinjità tagħhom. Kun ġenitur kburi, imma fl-istess ħin għaref. Dan għax it-tfal jistħoqqilhom iktar minn ħafna likes u kummenti ħelwin….jistħoqqilhom protezzjoni f’dinja diġitali li mhux dejjem hija sigura.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI