"Dan Għalina Huwa Att Barbaru!" – Omm Li Waslet Biex Twelled

Hekk kif ġew imħabbra l-aħħar restrizzjonijiet dwar il-proċess tat-tqala. Magħna ta’ Gwida għamlu kuntatt diversi ommijiet, ommijiet li esprimew it-tħassib tagħhom.

Omm minnhom qaltilna, “diversi ommijiet qed jesprimu ir-rabja tagħhom fuq il-miżura li ħarġet ilbieraħ. Saħansitra ommijiet li welldu dal-lejl li ġew ikkeċċulhom il-missirjiet minn magħhom minhabba dawn il-miżuri. Kulħadd qed jesprimi li din mhux xi ħaġa li tmur favur l-umanità.”

Omm oħra qaltilna, “Diversi ġenituri qed juru l-frustrament li għaddejjin minnu bħalissa fejn l-events kollha se jibqgħu jsiru iżda l-omm trid tibqa’ waħidha wara l-ħlas fejn l-iżjed sapport li jkollha bżonn huwa tar-raġel. Dan jirrifletti wkoll fuq is-saħħa mentali li tant ilna nisħqu fuqha!”

L-istess omm qaltilna, “Hemm ommijiet li jbatu b’ansjetà kbira u se jwelldu fil-ġranet li ġejjin għalihom hi kerha ħafna!” Omma oħra qaltilna, “Dawn il-mumenti ma terġa’ ġġibhom qatt! Din diskriminazzjoni fuq il-missier. Tassew mhux sew fuq kull ġenitur. Kemm-il darba kienet titlagħli l-pressjoni meta naħseb li din tista’ sseħħ, ħolma kerha tassew.”

X’taħseb fuq dan il-fatt?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI