“Ma Stajtx Nemmen Li Kont Għadni Kif Sibt Eżempju Ħaj Ta’ Tabella Bilingwi Li Mhux Talli Tuża L-Malti Imma Tipprijoritizzah” – Il-Malti Madwarna

Kemm hu sabiħ li tara l-ilsien Malti jingħata mhux biss importanza, imma prijorità. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Il-Malti Madwarna tkellmu dwar dan.

Qalu, “Stagħġibt kif rajtha. Ma stajtx nemmen li kont għadni kif sibt eżempju ħaj ta’ tabella bilingwi li mhux talli tuża l-Malti imma tipprijoritizzah. Qed taraw kif b’naqra ħsieb l-użu tal-Malti flimkien mal-Ingliż mhuwiex biss possibbiltà imma anke realtà?”

Żiedu, “Għinuni, għal darb’oħra, ħbieb, biex nikkonvinċi lill-Ajruport ta’ Malta biex juża l-Malti fis-senjaletika tiegħu issa li qiegħed fil-bidu ta’ espansjoni infrastrutturali. Ikkupjaw l-email li ssibu f’dan il-Google Doc (https://shorturl.at/aja7s) u ibagħtuha lill-email addresses li hemm fl-istess dokument.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI