"Dan Hu L-Bidu Ta' Xi Ħaġa Kbira" – Neil Agius Iħabbar Li Hu u L-Għażiża Tiegħu Lara Se Jsiru Ġenituri!

L-atleta magħruf Neil Agius u l-partner tiegħu Lara ħabbru b’mod sabiħ li dalwaqt se jsiru ġenituri. Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Neil esprima l-ferħ tiegħu b’din il-fażi ġdida f’ħajjithom.

“Qegħdin nirkbu fuq mewġa ġdida, u dan hu l-bidu ta’ xi ħaġa kbira… għadu kmieni, iżda l-vjaġġ beda miexi u ġa mimlija eċitament. Uman żgħir ikun magħna daqt. Dan hu li kiteb Neil, flimkien ma’ ritratt mill-isbaħ!

Din l-aħbar ġabet ħafna reazzjonijiet pożittivi minn segwaċi u ħbieb li awgurawlhom kull ferħ u saħħa f’din il-vjaġġ ġdid. Neil, li hu magħruf għall-impenn tiegħu fil-konservazzjoni tal-baħar u sfidi sportivi estremi, issa qed jidħol fi sfida ġdida, dik ta’ missier.

Awguri lil Neil u Lara f’din il-mewġa ġdida ta’ ħajjithom!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI