“Dan Hu Żmien Eċitanti Ħafna Għall-Voluntiera Kollha Tagħna… Qed Nistennew Iż-Żgħar Li Ilna Nipproteġu” – Wildlife Rescue Team Malta

Fuq il-paġna Wildlife Rescue Team Malta, inkitbet l-aħbar li l-bajd tal-fkieren dalwaqt ifaqqsu. Il-preparamenti kollha qed jittieħdu biex kollox jimxi sew.

Kitbu, “Hekk kif joqrob iż-żmien fejn fih għandhom ifaqqsu l-bajd tal-fkieren, qed nagħmlu l-preparazzjonijiet kollha biex iċ-ċkejknin jaslu siguri għall-ewwel għawma tagħhom fil-baħar kbir. Hekk kif għamilna r-rampa tal-Għadira, irridu nistennew it-temp jikkalma qabel nagħmlu r-rampa fil-Ġnejna.”

Żiedu jispjegaw, “Dan hu żmien eċitanti ħafna għall-voluntiera kollha tagħna hekk kif qed nistennew iż-żgħar li ilna nipproteġu għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat. Ejjew ċkejknin, aħna qed nistennewkom.”





Nirringrazzawhom talli jiddedikaw ħinhom biex dawn il-ħlejjaq innoċenti jkollhom iċ-ċans tal-protezzjoni hekk kif jidħlu fil-baħar għall-ewwel darba.

Facebook / Wildlife Rescue Team Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI