It-tabib Malcolm Paul Galea, li hu wkoll is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li bħalissa jinsab fi kwarantina mandatorja. It-tabib għadda messaġġ importanti mmens lil dawk li jinsabu fl-istess sitwazzjoni tiegħu.
Hu kiteb, “L-għodwa t-tajba ħbieb. Kullħadd taħt sema wieħed jgħid il-Malti! U hekk hu! Bħalissa aħna ninsabu fi kwarantina mandatorja ta’ ħmistax-il ġurnata! Fil-limitazzjonijiet sejjer nipprova nibqa naħdem kif nista’. Filwaqt li nagħmel kuraġġ lil kull min qed bħali jew agħar, inkompli nisħaq kemm hi importanti r-responsabbiltà personali tagħna.”
Hu jkompli jgħid, “Min ikun fi kwarantina jkun qed jipproteġi lill-komunità ta’ madwaru. Dan huwa dmir u dover u għalhekk m’hemmx wieħed x’jistħi minnu. Dejjem nappella sabiex jekk wieħed ikun jaf li ġie f’kuntatt ma’ persuna pożittiva (mingħajr maskla, f’distanza t’inqas minn 2 metri għal iktar minn ħmistax il-minuta), jagħmel test u sadanittant jiżola lilu nnifsu.”
Hu jżid, “Jekk għal xi raġuni ma jistax jiżola lilu nnifsu, jipprova almenu jnaqqas il-kuntatti li jkollu kuljum. Affarijiet żgħar li jagħmlu d-differenza kollha! Ħudu ħsieb!”
Facebook / Tabib Malcolm Paul Galea