Il-paġna lokali Aġġornament tat-Temp fuq il-mezzi soċjali tagħha taqsam xi ritratti ta' dak li deher kmieni dalgħodu. Huma jgħaddu wkoll xi informazzjoni dwar it-temp u dak li għandna nistennew.
Il-paġna tibda billi tgħid, "Dan hu t-temp li wieħed dejjem irid joqgħod attent minnu. Dalgħodu kellna tliet sajjetti fuq Għawdex (cloud-to-ground), kif ukoll, kif jidher mir-ritratt li bagħtilna Gordon Demsy, fuq il-baħar iffurmat tromba tal-arja. In-nuqqas ta’ riħ fl-għoli tal-atmosfera jagħmilha diffiċli li wieħed ibassar it-temp għal perjodu twil, għax jinbidel ħafna matul il-jum."
Huma jtemmu jgħidu, "Dan it-temp jagħmilha faċli li jiffurmaw maltempati lokalizzati li jistgħu jagħtu ammont sostanzjali ta’ xita f’ħin qasir. Aħna nkunu attenti għal dak li jkun qed jiġri u jinħarġu avviżi jekk ikun hemm bżonn."