Olaf McKay, is-sindku tal-Belt Valletta, ppubblika messaġġ jesprimi diżappunt lejn persuna li rema sett tat-toilet sħiħ fil-Belt Kapitali. Hu spjega li għamel rapport mal-Pulizija dwar dan u wissa li se jkun qed jiżdied l-infurzar.
Hu kiteb, “Dan il-bravu, wara li ġie jarmi sett tat-toilet sħiħ fil-belt kapitali, ngħidlu li r-rapport mal-Pulizija mexa sew. Issa jrid iwieġeb għal għemilu. Għal min beħsiebu jabbuża, ngħidlu jipprepara ruħu, għax id-doża tal-infurzar se tiżdied bis-saħħa. Flimkien ma’ sħabi se nkomplu naħdmu biex inħarsu l-indafa u d-dinjità tal-Belt tagħna u r-rispett lejn ir-residenti. Grazzi lir-residenti li kkoperaw bis-sħiħ fuq dan il-każ.”
Nirringrazzjaw lis-sindku u lill-pulizija talli qed tittieħed azzjoni fuq dan. Il-Belt Kapitali tagħna għandha tingħata r-rispett li jistħoqqilha.
Facebook / Olaf McKay