“Żiemel Ieħor Miet Waqt Li Ma Nstabx Veterinarju Biex Jassistih” – Vuċi Għall-Annimali

Il-paġna ‘Vuċi għall-Annimali’ ppubblikat messaġġ biex tiġi ndirizzata problema serja fejn tidħol l-għajnuna veterinarja għaż-żwiemel.

Huma spjegaw, “Żiemel ieħor miet waqt li ma nstabx veterinarju biex jassistih. Meta se nindirizzaw din il-problema? Speċjalment f’pajjiż fejn għandna popolazzjoni daqshekk kbira ta’ żwiemel, kif għad m’għandniex sistema li tassigura għajnuna veterinarja f’emerġenza? Ma jistax ikun li sid jispiċċa jċempel minn post għall-ieħor, waqt li l-annimal tiegħu qed ibati, mingħajr ma jsib lil ħadd. Għandna bżonn soluzzjoni konkreta. Għax l-emerġenzi ma jistennewx.”

Nirringrazzjawhom talli tkellmu dwar din il-problema. Kull animal jistħoqqlu li jsib l-għajnuna waqt emergenza għaliex wara kollox, jinħabbu daqs membru tal-familja.

Ritratt:

Facebook / Vuċi għall-Annimali

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI