Skont diversi siti internazzjonal, Laura Caron għalliema fi skola primarja f'New Jersey, kienet akkużata li abbużat sesswalment minn student tagħha f'perjodu ta’ madwar erba’ snin, fejn it-tifel kellu biss 11-il sena fil-bidu tal-abbuż.
L-investigaturi sostnew ukoll li fl-2019 Caron welldet tifla li allegatament kellha mill-istess student fejn dak iż-żmien kellu biss 13-il sena. Il-każ beda jiġi investigat wara li missier it-tifel kiteb fuq Facebook fejn irrimarka x-xebħ bejn it-tarbija tal-għalliema u ibnu. Din il-kitba eventwalment wasslet biex l-awtoritajiet jibdew jinvestigaw dak li kien qed jiġri.
Wara li fit-28 t'Ottubru ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha, bħala parti mill-ftehim mal-prosekuzzjoni hija mistennija tingħata sentenza ta’ ħames snin ħabs, filwaqt li titlef il-liċenzja tagħha ta’ għalliema u ma tkunx tista’ terġa’ taħdem fis-settur pubbliku. Barra minn hekk, wara li tiskonta s-sentenza tagħha hija se tkun obbligata tirreġistra fir-reġistru tal-persuni ħatja ta’ reati sesswali u tibqa’ taħt superviżjoni għall-bqija ta’ ħajjitha.
Is-sentenza uffiċjali mistennija tingħata fit-8 ta’ Jannar tal-2027.